This content requires the Adobe Flash Player.Get Flash

Agenzija Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Avjazzjoni

L-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Avjazzjoni hija l-parti ċentrali ta' l-istrateġija ta' l-Unjoni Ewropea fil-qasam tas-sigurtà fl-avjazzjoni. Il-missjoni tagħna hija dik li nippromwovu l-ogħla standards ta' sigurtà u ħarsien ta' l-ambjent fl-avjazzjoni ċivili.

Strateġija Komuni
It-trasport bl-ajru sar l-aktar mod sigur ta' kif wieħed jista' jivvjaġġa. Hekk kif it-traffiku ta' l-ajru jibqa' jikber, qed jinħass il-bżonn ta' inizjattiva komuni fuq livell Ewropew sabiex it-trasport bl-ajru jibqa' sigur u sostenibbli: Waqt li l-awtoritajiet nazzjonali jibqgħu jwettqu l-biċċa l-kbira tal-kompiti ta' natura operattiva - bħal ċertifikazzjoni individwali ta' l-inġenji ta' l-ajru jew il-ħruġ ta' liċenzji għal piloti - l-Aġenzija min-naħa tagħha tiżviluppa regoli komuni fuq livell Ewropew relatati mas-sigurtà u l-ambjent. Din tissorvelja l-implimentazzjoni ta' l-istandards permezz ta' spezzjonijiet fl-Istati Membri u tipprovdi l-kompetenza teknika, it-taħriġ u r-riċerka meħtieġa. (read more...)