

It-trasport bl-ajru huwa wieħed mill-iżjed modi siguri ta' vjaġġar. Huwa wkoll l-aktar wieħed li qiegħed jikber b'rata mgħaġġla. Kien għalhekk li l-Unjoni Ewropea ddeċidiet fuq inizjattiva komuni li żżomm it-trasport bl-ajru nieqes mill-perikli u sostenibbli, li jippermetti tkabbir u titjib fis-sigurtà. Din tissejjaħ l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà fl-Avjazzjoni.
L-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà fl-Avjazzjoni tippromwovi l-ogħla standards komuni ta' sigurtà u ħarsien ambjentali fl-avjazzjoni ċivili fl-Ewropa u madwar id-dinja kollha. L-aġenzija hija l-fulkru ta' sistema regolatorja ġdida li tħares is-Suq Uniku Ewropew fl-industrija ta' l-avjazzjoni.
Pass memorabbli għall-aġenzija seħħ f'Diċembru ta' l-2006 biċ-ċertifikazzjoni ta' l-Airbus A380, l-ikbar ajruplan fid-dinja.
Ir-responsabbiltajiet ta' l-aġenzija jinkludu fost l-oħrajn;
Ir-responsabbiltajiet ta' l-aġenzija qegħdin jiżdiedu sabiex jilħqu l-isfidi tas-settur ta' l-avjazzjoni li qiegħed jikber b'mod mgħaġġel. Fiż-żmien li ġej dawn ser ikunu jinkludu regolamenti vinkolattivi għall-operazzjonijiet tat-tajran, il-liċenzjar ta' l-uffiċjali ta' l-ajru u l-approvazzjoni tas-sigurtà ta' linji ta' l-ajru mhux Ewropej.
Ibbażata fil-belt ta' Kolonja, l-aġenzija diġà timpjega 'l fuq minn 500 professjonist minn madwar l-Ewropa kollha. Fis-snin li ġejjin l-aġenzija ser tkompli timpjega aktar speċjalisti u amministraturi bi kwalifiki għoljin, hekk kif qegħda tikkonsolida l-pożizzjoni tagħha bħala ċ-ċentru Ewropew ta' eċċellenza fis-sigurtà ta' l-avjazzjoni.
Il-viżjoni tagħna hija li naraw liċ-ċittadini Ewropej jibbenifikaw mill-iżjed sistema ta' avjazzjoni ċivili sigura u li ma tagħmilx ħsara lill-ambjent fid-dinja.